School Information
About
Our Story
Meet the Team
Our Facilities
Student Voice
School Calendar
School Uniforms
School Textbooks
Team Culture
Work with Us
Parents Foundation for Education
News
Admissions
School Levels
Overview
Day Care Centre
The Early Years Experience
Junior Sector
Senior Sector
Beyond the Classroom
Programmes
Outdoor Education
The Expressive Arts
Digital Learning
The Sporting Spirit
Emotional Wellbeing
Diverse Learning
L-Isfida Msella
The San Anton Community Social Engagement Programme
Old AntoniansContact
Myschool login

L-Isfida Msella

L-ewwel edizzjoni tal-Isfida Msella saret fl-2021. L-idea kienet tal-mibki kap tal-iskola, Dr Sandro Spiteri.

Dr Spiteri xtaq li ssir attività fejn dawk l-istudenti li huma diġà qarrejja tajbin ta’ kotba bil-Malti, ikollhom spazju fejn, bl-għajnuna u l-inkuraġġiment tal-edukaturi, jisfidaw lilhom infushom u jimirħu lil hinn mill-konfini tal-ktieb. Għalhekk, dawk kollha li jieħdu sehem, huma kapaċi ndaqs li jtemmu l-Isfida u jirbħu l-premju. L-Isfida Msella hija mod kif nikkuraw, nirrikonoxxu u nsaħħu komunità ta’ qarrejja bil-Malti.

L-Isfida Msella tikkonsisti fil-qari ta’ kotba magħżula minn lista ta’ pubblikazzjonijiet li huma adattati għall-età tal-parteċipanti, bi stejjer, ġeneri u stili differenti, biex żgur ikun hemm xi ħaġa li tolqot il-gosti ta’ kulħadd. Ma’ kull ktieb ikun hemm abbinat proġett. Il-proġetti jvarjaw – pereżempju l-istudenti jistgħu jagħżlu li jaħdmu fuq trailer ta’ ktieb, poster, preżentazzjoni jew inkella l-kitba ta’ tmiem alternattiv. L-għan huwa li jkollhom opportunità  biex jesperimentaw bil-letteratura b’mod eċitanti u divertenti.

Għall-aħħar stadju tal-isfida, l-istudenti huma mistennija li jiktbu novella ta’ 500 kelma ispirata minn wieħed minn dawn il-kotba. Kull sena, l-iskola tistieden awturi stabbiliti Maltin sabiex jeditjaw dawn l-istejjer u jaqsmu s-suġġerimenti tagħhom mal-istudenti dwar kif jistgħu jtejbu l-kitba tagħhom. L-istejjer finalment jinġabru fi ktejjeb li jiġi ppubblikat bi sħab ma’ dar tal-pubblikazzjoni lokali.

Il-parteċipanti kollha li jtemmu L-Isfida Msella jingħataw kopja ta’ dan il-ktejjeb, flimkien ma’ midalja kommemorattiva u vawċer.

Gallery

San Anton School Logo
School Information
AboutNewsOur StoryMeet the TeamFacilitiesThe Student CouncilSchool CalendarSchool UniformsSchool TextbooksTeam San AntonWork with UsThe Parents Foundation For Education
School Levels
Day CareThe Early Years ExperienceJunior SectorSenior Sector
School Policies
Nurturing Positive Behaviour and Wellbeing PolicyAnti-Bullying Policy & StrategyWhole School Food Policy
Contact Details
San Anton School
L-Imselliet
l/o Zebbiegħ
MGR 2850
Get Directions
© 2023 San Anton School. All right reserved.
Privacy Policy
crafted by BRND WGN