Serata ta’ Premjazzjoni tal-Isfida Msella

October 19, 2023

Ilbieraħ kien hemm is-serata ta’ premjazzjoni tal-Isfida Msella. Kienet serata speċjali li bħas-sena l-oħra, saret fi ħdan il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li ssapportjana f’din l-inizjattiva sa mill-bidu nett.

L-Isfida Msella mhix kompetizzjoni – hija eżerċizzju li permezz tagħha l-parteċipanti jisfidaw lilhom infushom f’sensiela ta’ sfidi mtarrġa li jwasslu għal apprezzament iktar fil-fond u t-tħaddim iktar matur tal-lingwa Maltija.

Bħala premju, l-istudenti ngħataw vawċer, medalja kommemorattiva u ktieb bl-istejjer li kitbu huma stess. Imma l-ikbar premju huwa l-esperjenza li għaddew minnha: qraw erba’ kotba u ħadmu fuq tliet proġetti fi żmien tliet xhur, meta kellhom għaddej xogħol ieħor tal-iskola. Prosit lil kulħadd!

Il-parteċipanti li ħadu sehem f’din l-edizzjoni huma Thomas Attard, Fay Briffa, Zac Cachia, Sarah Jane Camilleri, Thomas Demicoli, Megan Mallia, Benji Mamo, Alex Micallef Grimaud, Skye Lilly Salt u Faye Spiteri Cefai.

Grazzi mill-qalb lil-librar tagħna Mr Noel li reġa’ ħa ħsieb jikkoordina l-Isfida Msella, u lis-Sa Maris Ellul u s-Sa Kristy Psaila li assistew fl-assessjar tal-proġetti tal-istudenti u ggwidawhom fix-xogħol tagħhom.

L-Isfida Msella saret bl-approvazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. L-illustrazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tal-ktieb saru b’kollaborazzjoni ma’ Horizons.

Share this post