'Ħrejjef'

March 12, 2024

Prosit kbira lill-istudenti tal-Grade 8 għar-rappreżentazzjoni drammatika tagħhom ta' 'Ħrejjef', mill-pinna ta' Ruben Żahra. L-atturi bravi żgħażagħ taw ħajja ġdida lill-istejjer 'Fqir Twelidt u Fqir Immut', 'It-Tliet Xebbiet', 'Ġaħan u l-Istatwa' u 'Is-Sultan Kibritlu Għadma'. Dawn l-istejjer, li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, jixhdu r-rikkezzi fit-tradizzjoni u l-kultura ta' pajjiżna.

Il-letteratura u l-mużika ntisġu f'sinerġija vibranti li kienet evidenti fl-eżekuzzjoni ta' dawn il-ħrejjef Maltin.

Prosit kbira għad-dedikazzjoni tagħhom: lill-għalliema tad-Drama Ms Sarah Jane; Ms Sara għall-koreografija; Mr Matthew, li ħa ħsieb il-loġistika u l-awdjo; u lid-Dipartiment tal-Malti għall-għajnuna tagħhom.

Share this post